Internazzjonali Temp

Greċja: Nirien kbar jaħkmu l-gżira ta’ Kreta; bosta ġew evakwati

Eluf ta’ persuni ġew evakwati mill-gżira ta’ Kreta. Dan hekk kif l-inħawi spiċċaw maħkuma minn nirien li nfirxu fil-foresti, villaġġi u zoni turistiċi.

L-awtoritajiet jemmnu li n-nar beda bejn Agia Fotia u l-villaġġ ta’ Spinokapsala, fix-xlokk tal-gżira.

Id-duħħan infirex sa 10 kilometri ‘l bogħod, u ġab miegħu problemi ta’ viżabilità u saħħa respiratorja, kif ukoll sħana esaġerata. Fil-fatt, mill-inqas erba’ anzjani ttieħdu l-isptar minħabba respiratorji.

L-akkwata ta’ Agia Fotia ingħalqet minħabba l-ħsarat li ffaċċjaw il-bini u l-propjetajiet. Is-servizzi tat-tifi tan-nar għamlu ħilhom biex jassiguraw is-saħħa u s-sigurtà taċ-ċittadini u t-turisti.