Lokali

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni jirrifjuta tmien air conditioners

Tmien klassijiet fi skola tal-Gvern fil-Belt ġew offruti sistema fissa airconditioners b’xejn. Iżda l-Minsteru tal-Edukazzjoni irrifjuta din l-offerta.

Dan ġie żvelat mill-Minority Leader tal-PN fil-Kunsill tal-Belt Valletta, Ylenia Montfort; li għandha d-dekasteru tat-tfal u l-edukazzjoni.

Fuq Facebook, hi spjegat li xtaqet li l-klassijiet fir-raba’ sular tal-Kulleġġ San Ġorg Preca, Skola Primarja Sant’Iermu fil-Belt Valletta, ikollhom AC permanenti.

Dawn l-Airconditioners kienu se jingħataw lil din l-iskola b’xejn – u jkunu fissi sajf u xitwa, b’mod permanenti. Tant li tressqet mozzjoni fil-Kunsill, li kienet għaddiet.

Però, din l-offerta ma ġietx aċċetata mill-Ministeru tal-Edukazzjoni li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru Clifton Grima. Bir-raġuni ewlenija tkun li l-infastrutura tal-iskola m’għandiex biżżejjed enerġija biex tħaddem tmien airconditions f’daqqa. Dan filwaqt li l-Minsteru qal li kien se jsir rinnovar ta’ din l-iskola u għalhekk l-ACs ma jistgħux jittieħdu b’direct order.

Kien hawnhekk fejn il-kunsilliera Ylenia Montfort offriet li tagħti l-kuntatti hi ta’ dan l-isponsor li kien se jipprovdi dawn l-airconditioners b’xejn bl-installazzjoni b’kollox. Iżda l-Ministeru mill-ġdid irrifjuta minħabba li kien se jsir rinnovar. U għalhekk skont huma ma kienx jagħmel sens li jiġu installati dawn l-ACs.

Tajjeb wieħed jinnota li fir-raba’ sular isiru l-eżamijiet tal-O levels u dawn ikollhom biss portable A/C wieħed f’kull klassi. Liema portable AC issa se jkunu qed jintużaw fis-sulari ta’ isfel waqt skola sajf. Bis-Sindku jiftaħar li provda dawn l-ACs, li mhumiex fissi.

Diversi persuni li tkellmu ma’ Net News ilmentaw kif portable AC wieħed f’kull klassi huwa impossibbli li jlaħħaq mat-tempertauri ferm għoljin ta’ dan is-sajf. U din għal darb’oħra mhix soluzzjoni long-term, fi skola li hija tal-Gvern u li għalhekk missu kien il-Gvern stess  li indirizza din il-problema.