L-istorja li matul il-ġurnata tal-lum kulħadd għadu qed jitkellem dwarha hi dik tal-mewta traġika tal-plejer internazzjonali tal-Portugal u ta’ Liverpool, Diogo Jota. Fil-media internazzjonali u fuq il-meżżi soċjali għadu kemm ġie ippubblikat ir-ritratt li juri l-istat tal-vettura, Lamborghini li kien qed isuq Diogo Jota wara li din ħadet in-nar f’inċident li seħħ fil-highway, RIAS Bajas (A-52), ħdejn Palacios de Sanabria,fi Spanja.
Skont rapporti fil-media internazzjonali, il-Lamborghini ta’ Diogo Jota skidjat barra t-triq waqt li kienet qed taqbeż vettura oħra, bil-konsegwenza x’aktarx kienet għaliex sploda wieħed mit-tyres. Mal-impatt, il-vettura ta’ Diogo Jota ħadet in-nar, u l-plejer ta’ Liverpool, flimkien ma’ ħuħ, Andre Felipe, it-tnejn tilfu ħajjithom fuq il-post.
//= $special ?>