Nicholas Muscat kiseb it-tlettax-il post fl-IBF Youth World Cup, f’Helsingborg, fl-Iżvezja.
Dan il-Kampjonat tad-Dinja tal-bowling ferm kompetittiv kellu plejers ewlenin minn madwar id-dinja, inkluż il-pajjiżi b’saħħithom bħall-Istati Uniti, il-Malasja, l-Awstralja u ħafna mill-pajjiżi Ewropej.
Muscat beda ferm tajjeb matul il-parti ta’ kwalifikazzjoni ta’ 18-logħba, b’ medja għolja ta’ 222, fejn spiċċa fit-8 post, u hekk għamel progress sal-parti ta’ Matchplay tal-aqwa 16-il plejer. Muscat baqa’ fit-8 post wara l-ewwel 8 logħbiet f’dan ir-round ta’ Matchplay hekk kif rebaħ nofs il-logħob, u reġa’ lagħab medja kbira ta’ 221. Madankollu, is-7 logħbiet ta’ wara ma marrux kif ried, u spiċċa fit-13-il post u barra mit-Top 8, b’medja ġenerali ta’ 212 fil-Matchplay.
Fin-nisa, Fenech ma rnexxilhiex tgħaddi mill-klassifika anke jekk lagħbet 15-il pin ‘il fuq mill-medja tagħha, peress li l-livell ġenerali speċjalment tal-aqwa 16 kien sempliċement qawwi wisq.
Muscat u Fenech kienu akkumpanjati mill-kowċ nazzjonali tal-MBA Mark Spiteri, u dan il-vjaġġ kien possibbli grazzi għall-appoġġ ġeneruż ta’ Sport Malta.
//= $special ?>