Futbol Sport

Jackson Mendoza jiffirma ma’ Valletta FC

Jackson Mendoza
Jackson Mendoza

Iċ-champions taċ-Challenge League fl-istaġun li għadda, u wieħed miż-żewġ klabbs promossi għall-Malta Premier għall-istaġun il-ġdid, Valletta qed ikomplu juru l-intenzzjonijiet tagħhom bl-aktar mod ċar li jkunu wieħed mit-timijiet kompetittivi. Illum il-Beltin ħabbru l-isem ta’ Jackson Mendoza bħala akkwist ġdid tagħhom, wara li lagħab l-aħħar ħames staġuni ma’ Gżira United.

Il-midfielder difensiv li kapaċi jilgħab f’diversi rwoli tal-pitch, inkluż fir-rwol ta’ difensur ċentrali u midfielder avvanzat, tilef parti kbira mill-istaġun li għadu kemm intemm wara li kien qed jieħu l-kura kontra l-limfoma; marda li b’xorti tajba, Jackson Mendoza rrnexxilu jfiq minha.

Mendoza llu jilgħab f’Malta mill-istaġun 2018/19, meta kien inġieb f’pajjiżna minn Santa Lucia. Wara li qatta’ żewġ staġuni magħhon, Mendoza, li għandu 27 sena, kien trasferit ma’ Gżira United.

Sal-lum, Mendoza lagħab viċin il-100 logħba fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti, u ma’ Gżira United, hu lagħab l-akbar ammont ta’ partiti, fejn f’103 partiti fi kwalunkwé kompetizzjoni li lagħab, hu skorja tota; ta’ tliet gowls u serva 13-il assist.