Lokali Qorti

Jammetti li kien se jittraffika d-droga kannabis

Eritrean ta’ 31 sena ammetta li kellu fuqu d-droga kannabis u li kien se jittraffikaha. Huwa ġie mixli wkoll li għex ħajja ta’ vagabundaġġ u li hu riċediv.

Fil-Qorti ntqal li bejn it-28 u d-29 ta’ Ġunju li għadda r-raġel offra d-droga kannabis lil żewġ uffiċjali tal-Pulizija li kienu pajżana f’Paceville. Huwa kien offrilhom id-droga għal prezz ta’ €15-il gramma.

Il-Prosekuzzjoni u d-difiża infurmaw lill-Maġistrat Ann Marie Thake li qed jaqblu fuq piena ta’ 14-il xahar ħabs, bis-sentenza se tkun qed tingħata fil-jiem li ġejjin.

Għall-akkużat dehret l-Avukat tal-għajnuna legali Ilona Schembri filwaqt li l-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Jonathan Cassar u l-Avukat Julian Scicluna mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.