Nirien kbar li qabdu fil-gżira Griega ta’ Kreta wasslu għall-evakwazzjoni ta’ eluf ta’ nies, bil-fjammi jwettqu l-ħsarat sostanzjali fid-djar u l-istabbilimenti lokali.
Intant, komplew iqumu l-irwiefen li qed itellfu lill-iskwadri għall-emerġenzi fl-isforzi tagħhom biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.
L-ewwel nirien qabdu viċin il-villaġġ ta’ Achlia, bil-fjammi jinfirxu b’rata mgħaġġla mill-artijiet fil-madwar u qalb il-foresti u z-zoni tal-muntanji. Dan fost il-qilla tal-irwiefen waqt l-eqqel tas-sħana rekord li qed tiddomina fir-reġjun tal-Eġew.
Kienu konfermati talanqas tlett fronti tan-nirien attivi fi Kreta u li qed jinfirxu madwar l-inħawi ta’ Achlia, Ferma u Skinokapsala. L-awtoritajiet lokali, intant, huma ferm inkwetati dwar is-sitwazzjoni u meta x’aktarx li jispuntew il-fronti tal-emerġenza ġodda fi bnadi oħrajn tal-gżira.
//= $special ?>