Mietu talanqas għaxra, fost ir-rapporti dwar għexieren ta’ neqsin wara li għereq ferry mgħobbi bil-passiġġieri ‘il hinn mill-gżira turistika ta’ Bali.
Mifhum li d-dgħajsa kienet mgħobbija b’talanqas 60 passiġġier u ekwipaġġ ta’ tnax meta l-magna żviluppatilha l-problemi…Dan f’ħin meta d-dgħajsa kienet qed tivvjaġġa lejn Bali mill-inħawi ta’ Banyuwangi, li tinsab mal-kosta lejn il-lvant tal-Gżira ta’ Java.
Il-kelliema għall-Aġenzija Nazzjonali nkarigata mis-servizzi ta’ search and rescue, qalu li l-iskwadri għadhom qed ifittxu għall-persuni rappurtati nieqsa u li, s’issa,, laħqu salvaw talanqas 30 mill-għarqa.
Intant, l-indikazzjonijiet huma li d-dgħajsa kienet qed iġġorr ħafna aktar passiġġieri milli kienet tiflaħ u li ma kenux irreġistrati fil-manifest uffiċjali tal-vjaġġ.
Dan meta l-awtoritajiet Indoneżjani qed jinvestigaw il-kaġun proprju tat-traġedja…Investigazzjoni li kapaċi ddum għaddejja għal diversi ġranet.
//= $special ?>