Futbol Sport

Liverpool isellem il-memorja tal-plejer Diogo Jota

Il-club ta’ Liverpool sellem il-memorja tal-plejer Diogo Jota wara li miet traġikament f’inċident li seħħ matul il-lejl.

Huma sellmu wkoll il-memorja ta’ ħuh Andre li sfortunatament tilef ħajtu fl-istess inċident.

Fl-istqarrija li ppubblika l-club huma spejgaw li għalissa mhux se jkunu qed jagħmlu aktar kummenti b’rispett lejn il-privatezza tal-qraba taż-żewġ plejers, ħbieb kif ukoll mal-kumplament tal-plejers li Jota kien jilgħab magħhom. Dan apparti li se jkomplu jgħinu lill-qraba b’kull mod possibbli wara din it-telfa devastanti.