Ambjent Kummerċ Lokali

Lottoland b’investiment fl-isport Malti waqt avveniment storiku dwar l-ESG

Lottoland għamlet wirja qawwija ta’ impenn ambjentali u soċjali meta iffirmat ukoll ftehim ġdid ta’ sponsorship ma’ tliet klabbs ewlenin tal-waterpolo f’Malta: Sliema ASC, Neptunes WPSC u San Ġiljan ASC.

Il-jum beda f’Golden Bay meta żewġ fekruni tal-baħar, Duka u Pollyċensa ta’ 70kg, ġew rilaxxati lura wara li kienu riabilitati. L-att simboliku, flimkien mal-ikona Ira Losco, enfasizza l-imsieħba fit-tul ta’ Lottoland mal-Wildlife Rescue Team Malta.

Nigel Birrell, il-Kap Eżekuttiv, ingħaqad fit-tieni rilaxx flimkien ma’ Laura Pearson, Viċi President tal-Affarijiet Korporattivi, u wieħed mill-ewwel salvaturi ta’ Pollyċensa.

Wara, Lottoland organizzat sessjoni esklussiva ta’ informazzjoni dwar l-ESG għall-mistednin VIP, fejn ippreżentaw donazzjoni ta’ €10,000 lil Vincent Attard, President ta’ Nature Trust FEE Malta; billi ġedddew għar-raba’ sena konsekuttiva l-appoġġ tagħhom għall-isforzi ta’ riabilitazzjoni tal-ħajja selvaġġa. Huma kkonfermaw ukoll il-partnership tagħhom mal-Malta Community Chest Fund permezz tal-kard Win-Win, fejn 20% tad-dħul kollu jiġi donat għall-kawża nazzjonali.

Iżda l-aħbar ewlenija tal-ġurnata kienet id-direzzjoni strateġika ta’ Lottoland lejn l-appoġġ tal-isport Malti. “Il-waterpolo huwa l-isport fil-qalba tal-Maltin,” qal il-Kap Eżekuttiv Nigel Birrell. “Huwa lokali, passjonat u mimli potenzjal. Aħna kburin li qed nappoġġjaw lill-atleti u lill-klabbs li jispiraw il-poplu.”

Il-ftehim ta’ sponsorship se jappoġġja programmi ta’ taħriġ, faċilitajiet u involviment mal-komunità f’dawn it-tliet klabbs. Birrell esprima t-tama li dan l-investiment jista’ jgħin biex il-ħolm tal-waterpolo Malti jilħaq livelli olimpjadi.

Ambaxxatriċi ta’ Lottoland għal Malta Ira Losco u l-Ministru Miriam Dalli (ritratt mill-ERA Malta)

Ivan Filletti, Kap Eżekuttiv ta’ GamingMalta, faħħar dawn l-onizzjattivi u qal li din l-industrija jistħoqqilha rispett. L-avveniment intemm b’diskors mill-Ambaxxatriċi ta’ Lottoland, Ira Losco, li faħħret l-impenn bla waqfien tal-kumpanija lejn il-poplu Malti, il-ħajja selvaġġa u l-futur tal-pajjiż.

Il-missjoni ta’ Lottoland tibqa’ ċara – dik li toħloq dinja aħjar b’aktar opportunitajiet għall-persuni, għall-annimali u għall-ambjent.