National Lottery plc, l-operatur tal-lotterija nazzjonali ħabbret tibdil fil-logħba ikonika tas-Super5.
Minn din il-ġimgħa, l-logħba tas-Super5, li ilha tintlagħab għal 35 sena, se tibda trebbaħ premijiet ħafna akbar min qatt qabel.
Minn mindu sar l-ewwel tlugħ tas-Super5, il-logħba saret parti mir-rutina ta’ kull ġimgħa għal ħafna
nies. Issa se tibda era ġdida għas-Super5 hekk kif National Lottery se tirdoppja l-jackpots minimi u se jkun hemm żidiet fil-jackpot ta’ kull ġimgħa. Il-jackpot minimu se jkun ta’ nofs miljun Ewro, filwaqt li ż-żidiet fil-jackpot ta’ kull ġimgħa se jitla’ għal €50.000
Franco De Gabriele – Chief Commercial Officer tan-National Lottery tkellem ma’ NET News aktar
kmieni din il-ġimgħa fejn qal li s-Super5 hija logħba popolari ħafna mal-Maltin u li għal dawn l-aħħar 35 sena dejjem kienu jistennew bil-ħerqa it-tlugħ ta’ din il-logħba bit-tama li jirbħu somma flus sabiħa. Huwa spjega li t-tibdil fil-logħba huwa bżonjuz biex il-logħba tkompli tkun relevanti għaż-żminijiet tal-lum.
Għaldaqstant, dan it-tibdil huwa parti minn strateġija kummerċjali li tpoġġi fiċ-ċentru tagħha l konsumatur.
L-ewwel tlugħ tas-Super5 il-ġdida se ssir il-Ġimgħa filgħaxija b’jackpot ta’ €500,000.
Intant, tistgħu ssegwu t-tlugħ tas-Super5 kull nhar ta’ Erbgha u l-Ġimgħa, b’xandira diretta fuq l-istazzjon nazzjonali, eżatt wara l-aħbarijiet tat-tmienja.
//= $special ?>