Lokali Sport

Riżultat u sfida mill-aqwa mill-ultra atleta Fabio Spiteri

Riżultat u sfida mill-aqwa mwettqa mill-ultra atleta Fabio Spiteri li f’Colmar, Alsace, fi Franza, f’233 siegħa u 39 minuta temm id-Deca Ultra Triathlon, l-ekwaivalenti ta’ għaxar ironman mifruxa fuq għaxart ijiem.

F’din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja IUTA Ultra Event , Fabio Spiteri tejjeb x’xejn anqas minn 31 siegħa mill-ħin u riżultat miksub fil-passat ricenti. L-Ultra Deca hija mfassla fuq għawma ta’ 38 kilometru li Spiteri temm f’14-il siegħa 11 il-minuta u 35 sekonda,18,000 kilometru ta’ cikliżmu u ġirja ta’ 422 kilometru.

Dan ir-riżultat poġġieh fl-ewwel post għal atleti ta’ ‘l fuq minn 50 sena u fit-tieni post fil-klassifika ġenerali apparti kkonsolida r-rekord nazzjonali għal Malta.

Il-Partit Nazzjonalista permezz ta’stqarrija mix-Shadow Minister għall-isport David Agius u s-Segretarja ta’ Tim Sport PN Paula Briffa, intqal li dan is-suċċess fid-Deca-Triathlon mhux biss hu suċċess personali għal Fabio Spiteri, iżda huwa turija ta’ determinazzjoni u dixxiplina li wieħed irid ikollu biex jilħaq għanijiet li jidhru impossibbli.

L-għan ewlieni għal Fabio Spiteri wara dan ir-riżultat DECA Ultra huwa li jkompli bil-Project 100 tiegħu jew aħjar dak li jiġbor  €100,000 b’risq xelters tal-annimali f’pajjiżna.