Internazzjonali

Seba’ persuni neqsin wara splużjoni f’Kalifornja

9news

Seba’ persuni baqgħu ma nstabux wara splużjoni kbira f’maħżen tal-logħob tan-nar fit-Tramuntana ta’ Kalifornja, ħdejn il-belt ta’ Esparto.

L-isplużjoni seħħet it-Tlieta filgħaxija u kkawżat nirien kbar li ħallew madwar 80 tomna ta’ art maħruqa.
Timijiet ta’ emerġenza qegħdin jassistu permezz tad-drones u saħansitra anke qed jikkomunikaw mas-sid ta’ dan is-sit biex ifittxu n-nies li bħalissa għandhom rappurtati neqsin.

Iz-zona kollha kellha tiġi evakwata.