Mill-inqas sitt persuni tilfu ħajjithom u bosta ntilfu wara li għereq vapur li kien qed jivvjaġġa minn Banyuwangi sa Bali, l-Erbgħa filgħaxija.
Il-vapur kellu fuqu 65 persuna – 53 passiġġieri u 12-il ħaddiema. Però, familji tal-vittmi sostnew li xi wħud mil-qraba tagħhom mhumiex mniżżlin fuq il-lista uffiċjali ta’ passiġġieri.
Sfortunatament, inċidenti tal-baħar huma komuni ħafna fl-Indoneżja minħabba n-nuqqas ta’ regolameni tas-sigurtà.
L-awtoritajiet għadhom qed jinvestigaw dan il-każ tant kiefer.
//= $special ?>