Wasteserv ma tirrifjutax skart imħallat, imma jiġi aċċettat bi ħlas ta’ €80 kull tunellata.
Dan iddikjaratu l-Ministru Miriam Dalli meta kienet qed twieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Charles Azopardi.
L-obbligazzjoni fuq is-separazzjoni ta’ skart mid-djar (“households”) hija limitata għal skart organiku u dak riċiklabbli bħal metall, karta u plastic nadif. Skart iġġenerat minn sorsi oħra jista’ jmur għand faċilitajiet oħrajn awtorizzati li jaċċettaw dak it-tip ta’ skart hekk kif indikat fil-permessi rispettivi tagħhom li jinsabu fil-link https://era.org.mt/topic/permitted-waste-management-facilities/. Hawnhekk, wieħed isib ukoll lista ta’ faċilitajiet li jaċċettaw skart minn siti ta’ kostruzzjoni, kif elenkat fil-link: https://era.org.mt/topic/permitted-facilities-accepting-construction-demolition-waste/.
//= $special ?>