Titjira tal-KM Malta li kellha tinżel fl-Ajruport Fontanarossa f’Katanja, ġiet imġiegħla ddur lura lejn Malta minħabba krejn li kien immuntat fuq il-mitjar tal-ajruport.
It-titjira KM640 telqet minn Malta fis-6:05am u kienet mistennija tinżel Katanja fis-6:45am, iżda ftit wara bdiet iddur lura lejn Malta, madwar is-6:25am.
Skont rapporti tal-midja Taljana, l-ajruport Fontanarossa ġie magħluq għal ftit ħin u affettwat bosta titjiriet minħabba l-preżenza ta’ krejn fuq il-mitjar, li, kif jidher kien qiegħed hemm għal xi xogħlijiet u nżamm hemm matul il-lejl.
Il-kumpanija li tmexxi l-ajruport, SAC, ħarġet stqarrija fejn spjegat li l-ajruport infetaħ mill-ġdid wara li l-problema ġiet solvuta.
Dan l-inċident ħalla impatt fuq bosta li kienu qed jivvjaġġaw minn u lejn Malta.
//= $special ?>