Internazzjonali

AĠĠORNATA: 40 feruti wara li splodiet pompa tal-petrol f’Ruma… wieħed f’kundizzjoni gravi

Numru ta’ persuni kellhom jittieħdu l-isptar wara splużjoni qawwija li seħħet f’pompa tal-petrol fil-kapitali Taljana, Ruma.

Il-każ seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tat-8:45am, meta l-ewwel żviluppa nar waqt li kien qiegħed jinħatt xi fuel. Imbagħad, kien hemm l-isplużjoni li ħafna iddeskrivewha qisha “terremot qawwi”.

Mal-isplużjoni dehret daħna kbira sewda, li ksiet parti kbira minn Ruma.

Fost dawk feruti hemm wieħed mill-pumpieri u tmien membri tal-Pulizija li waslu fil-post mal-ewwel, malli ġie rappurtat in-nar li żviluppa f’din il-pompa.

Wieħed mill-feruti jinsab f’kundizzjoni gravi.

Intant, l-isplużjoni fiz-zona tant kienet qawwija li ħalliet ħsarat kbar anke f’binjiet li jinsabu fil-viċinanzi.