Lokali Parlament

Aktar minn 70 telefonata mis-sena ta’ qabel fuq il-153 relatati mal-akkomodazzjoni soċjali

Jirriżulta li matul is-sena li għaddiet kien hemm 377 telefonata li daħlet fuq il-linja tat-telefon 153 dwar kwistjonijiet relatati mal-akkomodazzjoni soċjali.

Matul l-2023 kien hemm 304 telefonata. Dan ifisser li matul is-sena li għaddiet kien hemm aktar minn 70 telefonata aktar mis-sena ta’ qabel fuq il-linja tat-telefon 153 dwar kwistjonijiet relatati mal-akkomodazzjoni soċjali. Matul din is-sena saru 130 telefonata dwar kwistjonijiet relatati mal-akkomodazzjoni soċjali.

Dan ikkonfermah il-Prim Ministru Robert Abela fil-Parlament meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Dputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.