In-numru ta’ persuni li tressqu l-Qorti għax kienu qed isuqu mingħajr liċenzja jew kellhom liċenzja skaduta fis-sena 2024, kien ta’ 1,104. Bejn Jannar 2025 u t-28 ta’ Mejju 2025 l-ammont ta’ persuni li tressqu l-Qorti fuq l-istess reat kien ta’ 531.
Dan ikkonfermah fil-Parlament il-Ministru Byron Camilleri għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo li staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol jgħid kemm kien hemm persuni li tressqu l-qorti għax kienu qed isuqu mingħajr liċenzja jew liċenzja skaduta fl-2024 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba l-mistoqsija parlamentari. Staqsa wkoll kemm dwar kemm kienu Maltin u kemm kienu barranin.
//= $special ?>