Sport

Djokovic u Sinner jgħaddu bla problemi

Jannik Sinner

F’Wimbledon ma kien hemm ebda sorpriża mill-partiti ewlenin li ntlgħabu fit-tieni round fejn Dovak Djokovic u Jannik Sinner għaddew bla problemi għar-rawnd li jmiss.

Fit-tieni rawnd tal-kompetizzjoni tan-nisa iżda, Ia Swiatek tal-Polonja, seed numru 8 fil-kompetizzjoni; kellha titħabat aktar mill-previst kontra seed numru 208 Caty Mc Nally tal-Istati Uniti. Infatti kienet Mc Nally li rebħet l-ewwel set 7 – 5 . Reazzjoni minn Swiatek li rebħet it-tieni set  6 – 2 sabiex wara rebħet wkoll dak deċiżiv 6 – 1.

Fil-kategorija tal-irgiel is-seed numru 1, Jannik Sinner  tal-Italja ħa biss siegħa u 40 minuta biex rebaħ u elimina lil Aleksander Vukic tal-Awstralja, seed numru 93 fil-kompetizzjoni. Kif kien mistenni Sinner rebaħ l-ewwel żewġ sets bl-iskor identiku ta’ 6 – 1 ; 6 – 1 u għalaq il-partita bl-aħħar set li rebaħ 6 – 3

L-attenzjoni wkoll fuq dak li kien qed iwettaq Novak Djokovic tas-Serbija, seed numru 8, fil-konfront kontra seed numru 159 Daniel Evans tar-Renju Unit. F’partita li damet biss siegħa u 47 minuta, Djokovic rebaħ l-ewwel set 6 – 3 , it-tieni wieħed 6 – 2 u eventwalment it-tielet 6 – 0.