Sport Waterpolo

Exiles jerġgħu jegħlbu lil Valletta dan is-sajf… rebħiet għal Otters u Birżebbuġa fl-Ewwel Diviżjoni

EXILES WELBEE’S……………..……… 18

VALLETTA PEAK INSURANCE…… 14

(4-2), (5-4), (5-6), (4-2)

Għat-tieni darba f’dan is-sajf, Exiles Welbee’s ħarġu rebbieħa fuq Valletta Peak Insurance Brokers. Din ir-rebħa fissret l-ewwel punti għal Exiles fil-kampjonat, punti li wasslu meritatament. Għal Valletta, din kienet logħba importanti u l-kowċ Joe Cremona jrid isib soluzzjoni immedjata għall-konfront li jmisshom kontra Sirens.

Wara li Valletta ħadu vantaġġ kmieni, Exiles dawru r-riżultat b’erba’ gowls konsekuttivi. Reazzjoni minn Valletta wasslet biex ħadu vantaġġ ta’ 5-4 fil-bidu tat-tieni sessjoni, madankollu Exiles kienu pronti u reġgħu bnew distakk ta’ 9-6.

Dan id-distakk kompla jikber għal 11-7 iżda Valletta reġgħu daħlu fil-logħba bi tliet gowls konsekuttivi. Iż-żewġ timijiet baqgħu telgħin ma’ xulxin sal-bidu tal-aħħar sessjoni iżda l-Beltin qatt ma reġgħu marru fil-vantaġġ, b’Exiles jaċċertaw mir-rebħa fl-aħħar tliet minuti tal-logħba.

Exiles: A. Borg Cole, G. Gatt (3), Z. Micallef, D. Pace Lupi (1), T. Agius, M. Martellacci (2), M. Fenech (2), K. Griscti (1), K. Averka (6), K. Tanti (1), K. Navarro, D. Zahra (2), G. Galea Curmi, L. Hyzler

Valletta: A. Bugeja, M. Mifsud (1), M. Carani, J. Sciberras, S. Busuttil (1), J. Colombo, M. Zammit (3), I. Nagaev (4), K. Borg (1), K. Erdogan (4), M. Chircop, K. Cremona, G. Borg

Referees: Alex de Raffaele, Andrea Rondoni

MARSASKALA OPTIMA………… 9

BIRŻEBBUĠA………….…..…….. 12

(1-2), (4-5), (3-3), (1-2)

Ftit tan-nifs għal Birżebbuġa li ċaqalqu l-klassifika bit-tieni rebħa konsekuttiva fl-Ewwel Diviżjoni. Konfront bilanċjat bit-tim ta’ Edward Aquilina li kien ftit aħjar mill-avversarji. Birżebbuġa fetħu b’żewġ gowls iżda Marsaskala rkupraw u marru fil-vantaġġ 4-3 fl-ewwel parti tat-tieni sessjoni.

Kienu żewġ gowls fl-aħħar żewġ minuti tas-sessjoni minn Max Aquilina u Nikola Bursac li taw vantaġġ ta’ 7-5 lil Birżebbuġa. Minn dak il-ħin, Marsaskala kienu kostretti jiġru wara r-riżultat u għalkemm resqu viċin 8-7 u 9-8 fit-tielet sessjoni, il-gowl ta’ Nicholas Bugelli fl-aħħar sessjoni żamm vantaġġ doppju. Birżebbuġa aċċertaw mir-rebħa fl-aħħar parti tal-logħba.

Marsaskala: A. Muscat, D. Ciantar, T. Fenech, J. Pace Mizzi, N. Spiteri, R. Greco, M. Spiteri, G. Kovacs, K. Grech, G. Sammut, M. Curmi, T. Camilleri, L. Gatt, N. Rizzo

Birżebbuġa: M. Sladden, M. Aquilina, M. Cassar, N. Bursac, J. Ciantar, J. Borg, J. Abdilla, N. Saliba, D. Farrugia, M. Cutajar, M. Mannino, N. Bugelli, S. Livori, J. Saliba

Referees: Massimo Angileri, Marco Piano

OTTERS NIVEA…………….. 20

BARRACUDAS………………. 8

(5-0), (2-3), (9-4), (4-1)

Tliet punti oħra għal Otters Nivea b’rebħa faċli fuq Barracudas. Ħames gowls mingħajr risposta fl-ewwel sessjoni wittew it-triq biex Otters setgħu jikkontrollaw mingħajr diffikultà. Il-gowls waslu minn Philip Tabone u doppjetti ta’ Drasko Gogov u Luigi Dimech.

Barracudas pruvaw iwettqu reazzjoni u naqqsu d-distakk għal 7-3 fit-tieni sessjoni u 8-5 fil-bidu tat-tielet sessjoni. Iżda Otters wieġbu u ddominaw biex aċċertaw mir-rebħa hekk kif temmew is-sessjoni 16-7. Huma komplew jikkontrollaw mingħajr diffikultà fl-aħħar sessjoni.

Otters: M. Xerri, M. Bonnici (1), A. Dimech, K. Micallef, M. Meli, D. Dimech (1), D. Gogov (7), L. Dimech (5), M. Soler (1), M. Farrugia, P. Tabone (3), Z. Dzanovic, S. Cutajar (1), C.J. Saliba (1)

Barracudas: A. Micallef, C. Bugeja, L. Schiavone, P. Micallef, W. Ruggier (1), R. Sciortino (1), L. Bowman, J. Schembri Young, S. Apap (1), G. Massa, L. Pursehouse, M. Guidi (5), I. Schembri, J. Dimech

Referees: Andrea Rondoni, Juana Cauchi

Logħob għas-Sibt 5 ta’ Lulju

L-Ewwel Diviżjoni: Ta’ Xbiex v Marsaxlokk 5.30pm

Kampjonat Premier: Sirens v San Ġiljan 6.45pm, Neptunes v Sliema 8.00pm