Internazzjonali

Gaza: Il-Ħamas qed jikkonsulta ma’ gruppi oħrajn rigward waqfien mill-ġlied

Il-grupp terroristiku Ħamas qal li qed jikkonsulta mal-gruppi Palestinjani oħrajn qabel jista’ jagħti tweġiba formali għall-aħħar proposta dwar waqfien mill-ġlied fil-Medda ta’ Gaza….Dan meta anki jeħtieġ li jsir qbil dwar ftehim għall-ħelsien tal-aħħar ostaġġi Iżraeljani miżmumin mill-Ħamas…Ftehim li qed ikun propost min-naħa tal-Istati Uniti.

Sadanittant, il-President Amerikan Donald Trump qal li għandu jsir jaf ‘fi żmien 24 siegħa’ jekk il-Ħamas qabilx dwar il-pjan imressaq minn pajjiżu.

Dan wara rapporti u indikazzjonijiet li Iżrael aċċetta l-kundizzjonijiet neċessarji għal waqfien mill-ġlied (f’Gaza) effettiv għal 60 jum …Perjodu fejn il-partijiet involuti għandhom jaħdmu fuq pjan għall-konklużjoni ta’ gwerra li ilha għaddejja għal 20 xahar.

Fl-istess ħin, il-militar Iżraeljan qed ikompli jattakka l-miri tal-Ħamas madwar il-Medda ta’ Gaza….Attakki li qed jiswew il-ħajja ta’ aktar Palestinjani — b’numru minnhom jinqatlu sigħat ilu minn missili li laqtu zona għar-refuġjati fl-inħawi ta’ Khan Younis.