Illum, għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li seħħet serqa minn ħanut fi Triq Santa Monika, Ħal Tarxien.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel allegatament b’ħadida f’idu, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera, tfajla ta’ 20 sena.
Huwa ħarab minn fuq il-post wara li seraq il-kexxun tal-flus b’xi kontanti u oġġetti oħra.
Ħadd ma weġġa’, bil-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għal dan ir-raġel.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
//= $special ?>