Lokali

Il-funeral ta’ Jean Paul Busuttil se jsir nhar is-Sibt f’San Ġiljan

Jean Paul Busuttil, il-missier li nqatel il-Ħadd li għadda, se jkun qed jingħata l-aħħar tislima għada fil-Knisja parrokkjali ta’ San Ġiljan fl-10 ta’ filgħodu.

Ħabbret dan it-tifla tiegħu permezz ta’ post fuq facebook fejn iddeskriviet lil missierha bħala bniedem ta’ qalb kbir, mimli mħabba, u eroj tagħha.

Fl-istess post, it-tifla ta’ Busuttil appellat sabiex dawk kollha li kienu qrib ta’ Jean Paul jattendu sabiex flimkien jagħtu l-aħħar tislima lil raġel li tant kien mimli mħabba.

Jean Paul Busuttil inqatel nhar il-Ħadd li għadda, wara li inċidenti minuri bejn mutur u karozza eskala għall-ewwel omiċidju ta’ din is-sena.

Mohamed Hamdan ta’ 46 sena, jinsab akkużat bil-qtil ta’ Busuttil.