Futbol Sport

Il-UEFA tissanzzjona numru ta’ klabbs fosthom Chelsea u Barcelona

Il-UEFA ħarġet bosta sanzzjonijiet fil-konfront ta’ numru ta’ klabbs minħabba ksur tar-regolamenti finanzjarji.

Fost il-klabbs, hemm Chelsea u Aston Villa li ġew mmultati £27miljun u £9.5 miljuni. Chelsea jistgħu jeħlu sa massimu ta’ £52 miljun jekk kemm-il darba ma jonorawx il-ftehim sabiex iħallsu din il-multa.

Il-multa ta’ Chelsea jidher li hi marbuta ma ksur fid-dħul finanzjarju kif ukoll talli kisru regoli marbuta mal-iskwadra tagħhom. Dwar l-istess ħaġa jidher li se jkunu qed jiġu mmultati Aston Villa.

Jidher ukoll li l-klabb Spanjol ta’ Barcelona wkoll kien issanzzjonat bil-kbir hekk kif weħlu multa ta’ £12-il miljun.