Internazzjonali

Imut l-attur Michael Madsen fl-età ta’ 67 sena

Imut l-attur rinomat Michael Madsen fl-età ta’ 67 sena.

L-awtoritajiet Amerikani sabu lil Michael Madsen fir-residenza tiegħu f’Malibu l-Ħamis filgħodu għall-ħabta tat-8:30, wara li rrispondew għal telefonata ta’ emerġenza mill-istess residenza.

Rapporti internazzjonali qed jindikaw li Madsen tilef ħajtu wara li sofra minn attakk tal-qalb.

B’aktar minn 40 sena esperjenza fix-xena tal-films internazzjonali, Madsen huwa l-aktar magħruf għas-sehem tiegħu f’Reservoir Dogs u anke Kill Bill.

Huwa kien anke attur tal-vuċi f’numru ta’ logħob popolari fosthom Grand Theft Auto III u the Dishonored series.