Lokali

“Is-soċjetà tagħna għandha issues ta’ droga” – Byron Camilleri

Il-Ministru tal-Intern Byron Camilleri semma’ kif fl-aġenzija LESA ma jsirux testijiet ta’ droga regolari fost l-uffiċjali.

Dan hekk f’kummenti li ta lill-ġurnalisti, Byron Camilleri kkonferma li ma jsirux testijiet tad-droga b’mod regolari – iżda jsiru biss meta jkun hemm xi tip ta’ suspett.

Din id-domanda saret wara li fil-jiem li għaddew beda jiċċirkola filmat ta’ uffiċjali tal-LESA jikkonsmaw il-kokaina – propju f’vettura uffiċjali tal-Aġenzija stess.

Intant, meta kien affaċjat b’dawn id-domandi, Byron Camilleri ammetta li f’pajjiżna għandna problema kbira ta’ konsum ta’ kokaina u ta’ drogi oħrajn.

Fl-aħħar ġimgħat, anke l-MHRA insistiet li l-kriżi tad-droga qed issir aktar serja f’pajjiżna. Bl-MHRA tappella għal tolleranza zero.