Sport

Jispikkaw fil-kampjonat tal-Beach Soccer

Matthew Agius u Shakira Bugeja

Matthew Agius ta’ Sliema Beach Soccer u Shakira Bugeja ta’ St George’s rebħu l-unur tal-aqwa plejer tat-turnew waqt il-kampjonat nazzjonali tal-Beach Socce,r li ntemm fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Iż-żewġ plejers għenu lit-timijiet rispettivi tagħhom sabiex jirbħu l-kampjonat, b’Agius jispikka wkoll quddiem il-lasta meta spiċċa bħala l-aqwa skorer tat-turnew.

Intant l-unur tal-aqwa goalkeeper intrebaħ minn Brandon Muscat ta’ Sliema.

Apparti Shakira Bugeja li rebħet l-unur tal-aqwa plejer tal-kampjonat femminili, Edna Vargas ta’ Parr Mela kienet l-aqwa skorer filwaqt li Emma Grech ta’ Swieqi kienet ivvutata bħala l-aqwa goalkeeper.

Il-premjijiet lir-rebbieħa tqassmu mill-President tal-Malta Beach Soccer Association Mauro Camilleri Darmanin.