Futbol Sport

L-eks plejer ta’ Arsenal, Thomas Partey mixli bi stupru

Thomas Partey
Thomas Partey

L-eks plejer tal-Arsenal, Thomas Partey kien akkużat b’ħames akkużi ta’ stupru u għadd wieħed ta’ attakki sesswali.

Il-Pulizja Metropolitana qalet li, ir-reati li ġew rappurtati seħħew bejn l-2021 u l-2022.

L-akkużi jinvolvu tliet nisa differerenti, b’żewġ akkużi ta’ stupru relatati ma’ mara waħda, tliet akkużi ta’ stupru b’ rabta mat-tieni mara u għadd wieħed ta’ attakki sesswali marbuta mat-tielet mara.

Nhar it-Tnejn li għadda, sar magħruf li Arsenal temmew il-kuntratt ta’ Partey, wara li kien ilu mal-klabb mill-2020.

Partey, li attwalment jinsab bla klabb, mistenni jidher fil-Qorti tal-Maġistrati ta ’Westminster nhar it-Tlieta 5 ta’ Awwissu.