Formula 1 Sport

Lando Norris bl-aħjar ħin fil-provi tal-Ġimgħa

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ McLaren Lando Norris għamel l-aħjar ħin fil-provi tal-Ġimgħa fiċ-ċirkwit ta’ Silverstone fl-Ingilterra.

Attwalment, Norris jinsab 15-il punt wara sieħbu fit-tim Oscar Piastri li jinsab fil-quċċata tal-klassifika tas-sewwieqa. Fil-provi tal-Ġimgħa, Norris kien 0.222 sekondi aktar veloċi mis-sewwieq ta’ Ferrari Charles Leclerc.

Hamilton temm fit-tielet post wara sieħbu Leclerc filwaqt li l-karozza ta’ Piastri ma dehritx li kienet fl-aqwa kundizzjoni. Matul il-provi tal-Ġimgħa, Max Verstappen ta’ Red Bull deher ukoll li ma kienx kuntent bil-karozza tiegħu u kien il-ħames l-aktar veloċi bis-sewwieq żagħżugħ ta’ Mercedes Kimi Antonelli jagħmilha mal-ewwel sitt sewwieqa.

Intant matul il-jum tas-Sibt issir is-sessjoni ta’ kwalifikazzjoni fl-4pm filwaqt li t-tellieqa ssir il-Ħadd fl-4pm ukoll.