Adam Peaty, bla dubju figura ewlenija fl-għawm, rebbieħ ta’ tliet midalji olimpici u wisq aktar detentur ta’ rekord tad-dinja għal 14 il-darba, flimkien mat-tim tiegħu AP Race,sevjerġa’ jkun fl-azzjoni. Bid-differenza li fil-pixxina tal-Kumpless tal-Isport fil-Kottonera, Peaty se jmexxi klinika ta’ taħrig intensiv.
Il-klinika qed tiġi organizzata minn AP Race, li twaqqfet minn Peaty innifsu, u hija marka globali ddedikata biex tipprovdi lill-għawwiema taħriġ u fond ta’ riżorsi ta’ klassi dinjija lil dawk kollha li se jattendu.
Il-parteċipanti se jieħdu sehem fi programm imfassal biex itejjeb il-prestazzjoni tagħhom. Il-klinika toffri lill-għawwiema żgħażagħ opportunità unika biex isaħħu l-ħiliet tagħhom taħt id-direzzjoni ta’ wieħed mill-aqwa għawwiema ta’ kull żmien Adam Peaty. Għar-Renju Unit, rebbieħ ta’ tliet midalji Olimpici tad-deheb u tliet midalji tal-fidda fl-Olimpijadi tal-2016 f’Rio, 2021 f’Tokjo u fl-2024 f’Pariġi.
Dan kollu flimkien mat-8 midalji tad-deheb f’Kamjonati tad-Dinja, 16 il-midalja tad-deheb f’Kampjonati u 4 midalji tad-deheb għall-Ingilterra fil-Logħob tal-Commonwealth.
L-appuntament fil-Pixxina tal-Kottonera originarjament organizzat fuq inizjattiva ta’ Daniela Allen li fuq bażi volontarja għal dawn l-aħħar snin ħadmet biex Adam Peaty u t-tim tiegħu jmexxi din il-klinka ta’ taħriġ miftuħa mis-7.15 am sal-4.30pm għal għawwiema ta’ bejn it-8 u s-17-il sena. Okkazjoni wkoll biex għawwiema u kowcis tad-diversi clubs jaħdmu flimkien fit-twettieq ta’ progress ġenerali.
Il-klinika ta’ taħriġ tiġbor tliet aspetti fejn Adam Peaty imexxi sessjoni ta’ teknika fil-breaststroke, fejn jaqsam għarfien fejn sar l-aktar għawwiem li ddomina breaststroke fl-istorja.
Aspetti oħra huma marbuta mas-saħħa u kundizzjonalment flimkien mas-settur psikoloġiku.
//= $special ?>