Wara talba kbira mit-telespettaturi ta’ Net TV, l-ewwel edizzjoni tal-programm ‘Qabża’ se jkollu ripetizzjoni nhar is-Sibt li ġej, fid-9:35pm.
Il-programm, preżentat minn Marvic u Josline, qed idur lokalitajiet varji f’Malta u Għawdex. Bl-ewwel qabża kienet nhar l-Erbgħa li għadda, fir-raħal sabiħ tan-Nadur.
Kull ġimgħa, Marvic u Josline se jaqbżu minn raħal għall-ieħor – u xi qabża l-baħar mhux se tonqos ukoll!
‘Qabża’ huwa wieħed mid-diversi programmi li nieda Net TV għall-iskeda tas-sajf, b’oħrajn se jkunu qed jibdew fil-ġranet li ġejjin.
Il-programm qed jixxandar kull nhar ta’ Erbgħa fit-8:30pm.
//= $special ?>