Lokali

Simon Mercieca ħati ta’ malafama fil-konfront ta’ Manuel Delia

Simon Mercieca instab ħati li mmalafama lil Manuel Delia f’kitba ta’ żewġ artikli ppubblikati fit-2 u t-3 ta’ Lulju tal-2023.

Manuel Delia fetaħ kawża minħabba blog li kiteb Simon Mercieca li jirreferu għal negozjati li saru bejn l-2006 u l-2007, fejn kien allega li ġab ruħu b’mod mhux etiku. Fejn allega li kien sar trasferiment tal-Mediterranean Film Studios minn Manuel Delia għal Keith Schembri, b’mod mafjuż.

Mercieca falla wkoll milli jippubblika r-risposta ta’ Manuel Delia għall-ewwel artiklu li kien kiteb kif titlob il-liġi.

Il-Qorti pperseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello qablet illi l-pubblikazzjonijiet kienu ta’ interess pubbliku iżda spjegat illi l-kummenti ta’ Mercieca dwar imġieba mafjuża ma kienx ta’ interess pubbliku.

Huwa propju għalhekk illi l-Qorti sabet lil Mercieca ħati ta’ malafama u kkundannatu jħallas lil Manuel Delia €1,000.