“Il-Football huwa sport li jilqa’ fi ħdanu ħafna partitarji u nies varji – u għalhekk importanti r-rispett u l-imħabba”
Saħaq dan il-President tal-MFA Bjorn Vassallo wara li ġiet imnedija il-kampanja, flimkien mal-Victim Support Agency, bl-isem Stop the Hate. Kampanja li ġiet imnedija bit-tir li tiġi eliminata il-mibgħeda mill-logħba tal-football.
Il-Viċi President tal-MFA Matthew Paris qal li din l-inizjattiva ġiet imnedija bit-tir li kulħadd ikun rispettat, kemm players, coaches u anke partitarji.
Hu tkellem dwar l-arm band ta’ stop the hate – u kif mal-26 membru tal-MFA kienu parti integrali minn din l-inizjattiva.
Bjorn Vassallo insista li il-logħba tal-football, apparti li hija inklussiva, iġġor magħha certa passjoni – liema passjoni hi sabiħa. Però fl-istess ħin ma nistgħux, f’dawn iż-żminijiet, naċċettaw ċerta atitudnijiet.
Hu appella wkoll lill-clubs sabiex jikkoperaw – dan apparti li ħabbar li ser isiru laqgħat kemm ma’ referees u kemm coaches sabiex din il-kampanja tkun effettiva.
‘Stop the Hate’ ser tkun qed tibqa’ tiġi promossa matul l-istaġun li jmiss sabiex, l-isport u l-football b’mod partikolari, jibqa’ inklussiv.
//= $special ?>