Spanja 5 Portugall 0
Irrispettivament mir-riżultat finali, l-ambjent li rrenja fil-Wankdorf Stadion, f’Berna, fl-Iżvizzera kien wieħed suġġestiv għall-aħħar.
Fil-mument u qabel maż-żewġ timijiet immexxija mir-referee Juliana Demetrescu tar-Rumanija ħargu fil-pitch fost l-eluf ta’ partitarji, irrenjat it-tifkira b’sogħba għall-mewta traġika tal-eks plejer ta’ Liverpool u l-Portugall Diogo Jota li ta’ 28 sena miet b’mod traġiku 24 siegħa qabel.
Il-figura ta’ Diogo Jota ddominat ukoll l-iscreen ewlieni tal-Wankdorf Stadion fil-mument li t-timijiet tan-nisa Spanja u l-Portugall osservaw minuta silenzju.
Għal kronaka, Spanja rebħet bl-iskor kbir ta’ 5 – 0 b’erba’ gowls skorjati fl-ewwel taqsima u gowl fil-ħin miżjud fuq id-90 minuta .
Tnejn minn Ester Gonzalez fit-2 minuta u fit-43 minuta u minn Vicky Lopez fis-7 minuta, Alexia Putellas fil-41 minuta u minn Cristina Martin Prieto fit-93 minuta.
Mill-istess Grupp l-Italja għelbet lil Belġju 1 – 0
//= $special ?>