Mit-Tnejn, 7 ta’ Lulju 2025, il-Pulizija ta’ Malta se tagħti bidu għall-programm ta’ attivitajiet għall-pubbliku.
Dawn se jkunu qegħdin iseħħu fid-dawl tal-211 Anniversarju mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.
Il-pubbliku huwa mistieden sabiex f’atmosferma rilassanti jiltaqa’ mill-qrib mal-membri tal-Korp tal-Puzlija u fl-istess ħin isegwi wirjiet mill-Precision Drill Team, mit-Taqsima tal-Klieb u
mill-Banda tal-Korp tal-Pulizija.
Preżenti se jkun hemm ukoll it-Taqsima tal-Kavallerija u uffiċjali mill-Pulizija għall-Komunità.
L-ewwel attività ser tittella’ nhar it-Tnejn 7 ta’ Lulju, fi Pjazza San Pawl, f’Buġibba (maġenb Aquarium Nazzjonali) u tibda fis-sebgħa u nofs tat-Tnejn filgħaxija
L-attivitajiet bħala parti mill-Ġimgħa tal-Pulizija 2025, ikomplu fil-ġranet ta’ wara u jibdew
ukoll fis-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija, kif ġej :
– Is-Sibt, 12 ta’ Lulju – Triq iż-Żonqor, Wied il-Għajn,
– It-Tnejn, 14 ta’ Lulju – Fi Pjazza Madonna ta’ Loreto, Għajnsielem (quddiem il-Knisja).
Il-pubbliku huma mħeġġa sabiex jattendi dawn l-attivitajiet.
//= $special ?>