Futbol Sport

Chelsea mal-aħħar erbgħa wara li għelbu lil Palmeiras

(Ritratt: EPA)

Palmeiras…………………..1

Chelsea………………………2

Palmeiras: Weverton, A. Giay, B. Fuchs, Micael, Vanderlan, R. Rios (R. Veiga 85′), E. Martinez (A. Moreno 75′), Allan (Mauricio 67′), E. Willian, F. Torres (Paulinho 67′), V. Roque (F. Lopez 75′)

Chelsea: R. Sanchez, M. Gusto, T. Chalobah, L. Colwill, M. Cucurella, A. Santos (D. Essugo 90′), E. Fernandez, P. Neto (K. Dewsbury-Hall 87′), C. Palmer, C. Nkunku (N. Madueke 54′), L. Delap (J. Pedro 54′)

Referee: Alireza Faghani (Awstralja)

Chelsea saru t-tieni tim li avvanzaw għas-semifinali tat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs meta għelbu lil Palmeiras 2-1.

Cole Palmer poġġa lill-Blues fil-vantaġġ wara 16-il minuta. Estavao Willian ġab l-iskor indaqs fit-53 minuta bil-gowl tar-rebħa ta’ Chelsea jasal seba’ minuti mit-tmiem permezz ta’ awto-gowl ta’ Weverton.