Dalghodu, fil-Knisja parrokkkjali ta’ San Ġiljan ingħatat l-aħħar tislima lil Jean Paul Bussuttil – il-vittma li inqatel nhar il-Ħadd wara sparatura fil-Bidnija.
Dun Stefan Attard, waqt l-omelija, iddeskriva lil Busuttil bħala persuna speċjali, raġel ġenwin u li dejjem kont issibu bi tbissima ħelwa fuq wiċċu.
Dun Stefan għamel referenza wkoll għar-rabja li kulltant taħkem lil bniedem u tenna l-importanza li wieħed iwarrab din ir-rabja; anka meta persuna ikun għaddej minn żmien diffiċli.
B’rabta ma’ dan l-omiċidju ġie arrestat Mohammed Hamdan – li bħal Busuttil jgħix il-Bidnija.
Intant, fil-jiem li ġejjin, se tkun qed tissokta l-kumpilazzjoni tal-provi.
//= $special ?>