Lokali

Il-Ministru jiżżufjetta b’mistoqsijiet dwar Kaufmann

Lura fis-7 ta’ Ġunju, f’Ruma, instabu bla ħajja mara u tarbija ta’ bejn is-sitt xhur u sena – bi Francis Kaufman, sieħeb il-vittma u allegatament missier it-tarbija, jaħrab mill-pajjiż.

Kaufman kien instab fil-Greċja, wara ħidma konġunta bejn il-Pulizija Taljana u dik Griega.

U l-investigazzjonijiet kienu waslu saħansitra sa Marsaskala fejn allegatament l-Amerikan ta’ 46 sena minn Kalifornja flimkien mas-sieħba tiegħu kienu joqogħdu bejn l-2023 u l-2024.

Din il-ġimgħa, Net News staqsa lill-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri biex jiċċara d-dubji kbar li hemm dwar dan il-każ tar-raġel li qatel lill-mara u t-tifla tiegħu – u li kien ukoll f’Malta għal aktar minn tlett snin.

Apparti l-omiċidju doppju, fl-Italja dan ir-raġel qed jiġi investigat wkoll fuq frodi, minħabba li hu kien qiegħed jgħid li hu producer tal-films, bl-isem fittizju ta’ Rexal Ford sabiex ikun jista’ jitħallas ta’ xogħol li fil-fatt qatt ma’ għamel.

Kien għalekk li staqsejna lill-Ministru dwar x’tip ta’ permess kellu dan ir-raġel biex għex f’Malta għal tlett snin.

Iżda l-Ministru Camilleri, apparti li rrifjuta li jwieġeb għaliex din il-persuna kienet baqgħet Malta għal żmien sostanzjali, prova jirredikola l-mistoqsijiet ġustifikati ta’ dan l-istazzjon.

CLIP

Kaufmann ġie deskritt bħala raġel perikoluż, psikopatiku u qattiel; madanakollu oħrajn saħqu li qatt ma kienu jimmaġinaw li kien kapaċi jasal s’hawn.