Internazzjonali

Imut l-attur Awstraljan-Amerikan Julian McMahon

NEW YORK, NEW YORK - MAY 15: Julian McMahon attends the 2019 CBS Upfront at The Plaza on May 15, 2019 in New York City. (Photo by Nicholas Hunt/Getty Images)

L-attur Awstraljan-Amerikan Julian McMahon miet bil-kanċer fl-età ta’ 56 sena.

Huwa kien magħruf għall-karriera tiegħu fit-televiżjoni u l-films.

McMahon, iben l-eks Prim Ministru Awstraljan Sir William McMahon, kien interpreta lil Ben Lucini f’Home and Away.

Aktar tard kien kiseb suċċess fl-Istati Uniti, notevolment bħala Cole Turner fid-drama Charmed, u bħala Dr Christian Troy f’Nip/Tuck.

Mc Mahon ukoll lagħab il-parti tal-villain Victor Von Doom f’żewġ films tal-Fantastic Four u darba saħansitra kien ikkunsidrat għar-rwol ta’ James Bond, iżda minkejja dan, il-parti eventwalment kien ħadimha Daniel Craig.

McMahon deher f’diversi films Awstraljani, inklużi Swinging Safari u Bait. Riċentament deher fil-film f’The Surfer, fejn kellu l-irwol ta’ mexxej ta’ gang.


Il-familjari tiegħu u l-fanatiċi kollha minn madwar id-dinja, qed isellmu l-memorja tiegħu.