Enerġija Lokali

Jinqata’ d-dawl f’partijiet kbar ta’ Ħaż-Żebbuġ, Ħal Qormi u Ħal Kirkop

Fil-fatt, l-ewwel jiem tas-sajf reġgħu kienu ddominati minn qtugħ tad-dawl f’numru ta’ lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. U fl-aħħar 24 siegħa, kien imiss il-lokalitajiet ta’ Ħaż-Żebbuġ, Ħal Tarxien u Ħal Kirkop li jintlaqtu minn qtugħ fil-provvista tal-elettriku.

Anke f’zoni ta’ Ħal Qormi u Tas-Sliema reġa’ kien hemm qtugħ fis-servizz tal-enerġija. F’Ħal Qormi b’mod partikolari, id-dawl inqata’ tliet darbiet f’temp ta’ ftit sigħat.

Fl-aħħar snin, is-sajf kien iddominat minn qtugħ ta’ dawl estensiv fl-eqqel taż-żmien meta t-temperaturi jkunu għoljin.

Dan minħabba l-fatt illi l-infrastruttura tad-distribuzzjoni tad-dawl ma bdietx tlaħħaq mad-domanda tal-pajjiż, fejn saħanistra l-Ministru Miriam Dalli kellha tonfoq flus il-poplu fuq generators li tħallew wara l-bieb tan-nies.