Aktar kmieni llum iittella’ katavru ta’ raġel minn fuq dgħajsa f’Ta’ Xbiex.
Kollox jindika li r-raġel, Indoneżjan ta’ 44 sena, kien fuq dgħajsa tas-sajd madwar mitt mil nawtiku ‘l barra mill-ibħra teritorjali Maltin u tilef ħajtu b’kawża naturali għalkemm il-Pulizija għadha qed tinvestiga.
L-Inċident jidher li seħħ kmieni waranofsinhar illum, però l-katavru ittella’ għall-ħabta tal-17:30, f’Ta Xbiex viċin restaurant tal-ikel.
Preżenti kien hemm membri mid-Dipartiment tal-Forensika, tabib kif ukoll Uffiċċjali tal-Pulizija. Dwar dan il-każ infetħet Inkjesta maġisterjali, u filwaqt li l-kawża tal-mewt tiġi ddeterminiata mill-awtopsja, kelliem għall-Puluzija indika li l-mewta mhux titqies bħala waħda suspettuża.
