Internazzjonali

L-Ukrajna tolqot bażi tal-ajru Russa

L-Ukrajna qed tgħid li laqtet bażi tal-ajru Russa, fir-reġjun ta’ Voronezh, fejn kien hemm stazzjonati jettijiet tal-militar Russu.

L-istaff Ġenerali Ukren qal li l-attakk laqat maħżen ta’ bombi, ajruplan tat-taħriġ u possibilment ajruplani oħra.

Fl-istess ħin, ir-Russja kompliet tattakka lill-Ukrajna b’kampanja qawwija ta’ drones, fejn ġew sparati 322 drone fuq l-Ukrajna.

L-aktar reġjun li kien milqut minn dan l-attakki kien Khmelnytskyi, iżda l-awtoritajiet qalu li ma kien hemm l-ebda ħsara jew vittmi rrapurtati.

Fi Kyiv, żewġ persuni mietu u ndarbu 26 persuna f’attakki preċedenti.

Intant, il-President tal-Ukrejna Volodymr Zelensky kellu telefonata mal-President Amerikan Donald Trump fejn tkellmu fuq id-difiża tal-ajru u produzzjoni ta’ armi, iżda Trump baqa’ ma wieġebx b’mod ċar dwar it-tmiem ta’ din il-gwerra.