Futbol Internazzjonali Mużika Sport

Oasis isellmu l-memorja ta’ Diogo Jota fl-ewwel kunċert tagħhom f’16-il sena

Il-grupp leġġendarju Oasis irrtorna flimkien, bl-aħwa Liam u Noel Gallagher jagħmlu l-ewwel kunċert tagħhom wara 16-il sena. It-tour ta’ Oasis beda l-Ġimgħa f’Principality Stadium, f’Cardiff, f’Wales, u fost il-ħafna emozzjonijiet li ġab miegħu dan il-kunċert, Oasis taw ukoll tislima xierqa lill-aħwa Diogo Jota u lil Andrè Silva li tilfu ħajjithom taġikament il-Ħamis filgħodu f’inċident tat-traffiku f’Zamora, fi Spanja.

L-aħwa Gallagher huma magħrufa għall-imħabba kbira li għandhom għall-futbol Ingliż, speċjalment għal Manchester City, però f’dan il-każ ir-rivalità ma fissret xejn, u matul il-kanzunetta ‘Live Forever’ intwera ritratt enormi ta’ Diogo Jota liebes il-flokk ta’ Liverpool bin-numru 20.