L-Uffiċju Meterjoloġiku fir-Renju Unit wissa’ lill-poplu Brittaniku fuq il-possibiltà tat-tielet mewġa ta’ sħana li mistennija tolqot partijiet kbira tar-Renju Unit f’temp ta’ xahar.
Fi tmiem tat-tieni ġimgħa ta’ Lulju, ir-Renju Unit se jara żieda fis-sħana u l-umdità, b’temperaturi li mistennija jmissu t-30 grad celsius, speċjalment fin-nofsinhar u l-Lvant tal-Ingilterra.
Dan wara li x-xahar ta’ Ġunju kien reġistrat bħala l-aktar wieħed sħun fl-istorja għall-Renju Unit.
Intant, fil-jiem li ġejjin fir-Renju Unit, t-temperatura mistennija tonqos xi ftit, b’25 grad celsius is-Sibt, 24 grad celsius l-Ħadd u 23 grad celsius it-Tnejn, u bil-possibiltà ta’ xita u sħab fil-punent tar-Renju Unit.
Fid-9 ta’ Lulju, it-temperaturi mistennija jlaħħqu ‘il fuq minn 20 gradi celsius.
Minn naħa l-oħra, hemm ukoll twissijiet ta’ xita qliel u għargħar għal partijiet mill-Iskozja b’xi reġjuni jistennew sa 100 milimetru ta’ xita.
//= $special ?>