Tarquin Vella ta’ 34 sena min Ħal kirkop, inżamm arrestat wara li allegatament seraq għodda mill-Każin tal-Banda ta’ San Leonardu f’Ħal Kirkop. Għodda li b’kollox kienet tiswa madwar €3,500.
Mill-analiżi li wettqet il-pulizija, abbażi l-filmati tal-cameras, osservat vann li kien irreġistrat fuq raġel ieħor iżda li fl-istess waqt kien qed jintuża mill-akkużat. L-akkużat imbagħad ittieħed l-għassa bl-għodda allegatament misruqa miegħu.
Vella, li jaħdem fil-kostruzzjoni, qed ikun mixli b’numru ta’ atti fosthom b’serq, li għamel dan ir-reat waqt sentenza sospiża, li kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti fl-2023 u li hu riċediv. Huwa ċaħad kull akkuża.
Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest fuq għadd ta’ kundizzjonijiet, fosthom li jsib programm li jgħinnu, jegħleb il-vizzju tad-droga.
Il-Qorti, ordnat li Tarquin Vella ma jingħatax il-ħelsien mill-arrestat u li kemm idum arrestat jingħata l-għajnuna li għandu bżonn.
//= $special ?>