Sewwieq tal-mutur kellhu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa.
Dan l-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax tas-Sibt filgħodu fi Triq il-Kbira, il-Mellieħa.
Minnufih marret il-Pulizija fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza tat-tip Hyundai Getz misjuqa minn raġel ta’ 23 sena residenti l-Mellieħa u mutur tat-tip Honda misjuq minn raġel ta’ 46 sena residenti Ħal Qormi.
Fuq il-post marru tim mediku u ambulanza, fejn ħadet is-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura medika.
Intant, hu ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Għaldaqstant, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>