PARIS SAINT-GERMAIN………………..2
BAYERN MUNICH………………………..0
Paris Saint-Germain: G.Donnarumma, A.Hakimi, Marquinhos, W.Pacho, N.Mendes, Vitinha, J.Nevers, F.Ruiz (W.Zaire- Emery 80’), B.Barcola (O.Dembele 71’), D.Doue (L.Hernandez 80’), K.Kvaratskheila (L.Beraldo 84’)
Bayern Munich: M.Neuer, K.Laimer, D.Upamecano, J.Tah, J.Stanisic (S.Boey 34’ (R.Guerrerio 88’)), J.Kimmich, A.Pavlovic (L.Goretzka 80’), M.Olise, J.Musiala (S.Gnabry 46’), K.Coman (T.Muller 80’), H.Kane
Referee: Anthony Taylor (Ingilterra)
Paris Saint-Germain saru t-tielet tim li kkwalifikaw għas-semi finali tal-FIFA Club World Cup meta ċ-champions tal-Ewropa għelbu lil Bayern Munich bl-iskor ta’ 2-0, li fuq il-karta jidher komdu pero l-partita kienet ħafna iżjed kumbattuta, b’ Les Parisiense jiskorjaw l-ewwel gowl wara 78 minuta.
Aħbar xejn sabiħa hekk kif fl-ewwel taqsima, l-istilla ta’ Bayern Munich Jamal Musiala deher isoffri injury kiefra u kellhu jinqalgħa mill-grawnd wara kollużjoni mal-goalkeeper ġgant Donnarumma. Il-goalkeeper Taljan mill-ewwel deher li ddispjaċiħ u d-daħla ma kienitx intenzjonata, b’hekk l-ebda karta ma ntweriet.
Paris Saint-Germain stennew sat-78 minuta meta l-istilla Desire Doue xeħet ġewwa.
PSG se jkollhom jilagħbu s-semi finali mingħajr id-difensuri Willian Pacho u Lucas Hernandez hekk kif iż-żewġ plejers intwerew karti ħomor diretti fit-78 minuta u fit-92 minuta rispettivament.
PSG jilagħbu b’9 plejers fl-aħħar ftit minuti, madankollu xorta jirnexxilehom isibu x-xibka biex jikkonfermaw il-passaġġ għar-rawnd li jmiss permezz ta’ Ousmane Dembele fis-96 minuta.
B’din l-eliminazzjoni, din tfisser li Thomas Muller lagħab l-aħħar partita tiegħu ma’ Bayern Munich hekk kif il-plejer Ġermaniż ikkonferma li mhux se jkompli ma’ Bayern iżjed wara din il-kompetizzjoni.
//= $special ?>