Telgħu għal 51 il-persuni li mietu fl-għargħar ta’ Texas; numru li jinkludi fih xejn anqas minn 15-il tifel u tifla.
Ix-xita qawwija li laqtet dan l-istat Amerikan bejn l-4 u l-5 ta’ Lulju ħalliet devastazzjoni sħiħa. Dan meta ħafna familji kienu għall-btajjel ta’ jum l-Indipendenza.
L-għargħar żviluppa wara li infaqgħet ix-xmara Guadalupe, bir-riżultat li l-ilma kaxkar kull ma sab quddiemu.
Bħalissa għaddejja ħidma ta’ salvataġġ f’diversi Counties. Bil-gvernatur ta’ Texas jgħid li l-isforzi se jkomplu fis-sigħat li ġejjin.
//= $special ?>