Sport Sport Ieħor

Is-sistema teknoloġika li qed tintuża f’Wimbledon tonqos milli taħdem kif suppost

(Ritratt: EPA)

Is-sistema tal-‘electornic line-caling’, sistema teknoloġika ġdida li qed tintuża fil-Grand Slam ta’ Wimbledon għall-ewwel darba naqset milli taħdem kif suppost waqt il-partita mir-raba’ rawnd bejn Anastasia Pavlyuchenkova u Sonay Kartal.

Jidher li s-sistema naqset milli tiddentifika azzjoni fejn il-backhand ta’ Kartal deher li ħareġ barra mil-linji tal-court f’mument fejn il-partita kienet 4-4. L-umpire Nico Helwerth waqqaf il-partita fejn minkejja li r-ripetizzjoni fuq it-televiżjoni wriet ċar li l-ballun kien ħareġ mill-court, is-sistema naqset milli taħdem f’dak il-mument.

B’konsegwenza ta’ dan, il-punt kellu jerġa jintlagħab fejn Kartal sussegwentament rebħet dan il-punt.

Matul din l-ewwel ġimgħa, l-‘electronic line system’ kienet qeda taħt skuritnju hekk kif il-maġġoranza tat-tennisti qalu li m’humiex javdaw is-sistema.